|
Download Center:
|
Millenju ġdid niċċelebraw
f'portosadomaso hawn
il-mekdonalds ta' kullimkien
flus deħlin għand is-sidien
Jgħaffġu lilek jgħaffġu lili
il-poter għand dawk tal-liri
għandna ħallelin bil-ġlekk?
deċiżjonijiet biċ-ċekk
Awtogols ambjentalisti
koka kola eurodisney?
Malta tagħna kollha dejn
Taxxi kbar ma niġbru xejn
viva il-kapitalisti
'hawnx għalihom il-ministri
'64 '79
lagħbuhomna super 5
Qumu mir-raqda
Malta Not For Sale
Il-ministri jixxalaw
il-ħin lilna jiddettaw
moħħ miftuħ ma ssib imkien
tiftaħ ħalqek juru s-snien
Jgħaffġu lilek jgħaffġu lili
il-poter għand dawk tal-liri
għandna ħallelin bil-ġlekk?
deċiżjonijiet biċ-ċekk
Awtogols ambjentalisti
koka kola eurodisney?
Malta tagħna kollha dejn
Taxxi kbar ma niġbru xejn
Qumu mir-raqda
Malta Not For Sale
|
|
|
|